Wednesday, April 24, 2024

“Stqarrija ta’ gideb mill-PN… il-PL mhu qiegħed idaħħal l-ebda flus mingħand Yorgen Fenech”

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista qal li mhu qiegħed idaħħal l-ebda flus mingħand Yorgen Fenech, wisq inqas €200,000, kif tallega l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista dwar suġġett li m’għandu ebda kredibbiltà jitkellem dwaru.

Fi stqarrija maħruġa mill-PL, qalu li fil-fatt, din in-nuqqas ta’ kredibbiltà tirriżulta minn dak żvelat mill-istess midja ta’ dak li llum hu strateġist tal-Partit Nazzjonalista, li tkellmet kemm-il darba dwar min mar jittallab il-flus mingħand l-istess persuni. 

“Filwaqt li fl-istqarrija tiegħu jgħid u jallega ħafna affarijiet oħra bla bażi, il-Partit Nazzjonalista baqa’ ma ta ebda spjegazzjoni għaliex il-Kap tiegħu offra maħfra lill-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, għal darba, tnejn. Ikun aħjar li Bernard Grech iwieġeb din id-domanda minflok jivvinta fuq ħaddieħor,” qal il-PL.

Sport