Saturday, May 4, 2024

Attentat ta’ kolp ta’ stat fil-Guinea… is-suldati qed jgħidu li ħadu l-kontroll

Aqra wkoll

Id-destin tal-President tal-Gu­inea Alpha Cordé għadu mhux magħruf sigħat wara filmat mhux verifikat li kien juri lilu mdawwar b’għadd ta’ suldati li allegatament ħadu l-kontroll tal-pajjiż.

Dawn il-filmati dehru fuq l-istazzjon nazzjonali tat-televiżjoni u s-suldati qalu li huma ħadu l-kontroll tal-gvern. Min-naħa l-oħra, il-ministeru tad-difiża qal li l-attentat ta’ kolp ta’ stat kien imwaqqaf mill-gwardji tal-president. Dan kollu ħareġ fil-midja sigħat wara li kien irrapportat sparar qrib il-bini presidenzjali ġewwa l-kapitali Conakry.

Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Antonio Guterres u l-Unjoni Afrikana kkundannaw dan il-kolp ta’ stat u talbu għall-ħelsien tal-President Condé.

Guinea huwa pajjiż sinjur f’dak li huma riżorsi naturali iżda minħabba instabbiltà kontinwa u amministrazzjoni ħażina dan il-pajjiż spiċċa fost l-ifqar fid-dinja.

Sport