Il-Knisja ta’ San Franġisk t’Assisi fil-Belt Valletta se tospita Milied tal-Għaġeb 2026 mill-Ġimgħa 4 sal-Ħadd 6 ta’ Diċembru. L-attività, organizzata mis-Sodalità San Sebastjan ta’ Ħal Qormi, se tfakkar it-800 anniversarju mill-mewt ta’ San Franġisk t’Assisi.
Matul it-tlett ijiem, il-pubbliku se jkun jista’ jżur wirja ddedikata lill-presepju Malti u lit-tradizzjonijiet marbuta miegħu. Nhar il-Ġimgħa, 4 ta’ Diċembru, fis-7.30 ta’ filgħaxija, se ssir serata mużiko-letterarja b’taħdita dwar il-presepju Malti, qari ta’ poeżiji u mużika.
L-attività qed tittella’ bl-appoġġ ewlieni ta’ VisitMalta. Id-dħul huwa b’xejn u kulħadd huwa mistieden.
