Thursday, December 26, 2024

Covid-19: 40 każ ġdid u jfiqu 66; tmut anzjana

Aqra wkoll

Minn total ta’ 3,411 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa feġġew 40 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 66 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi niżlu għal 642.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 29 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm tnejn li jinsabu fl-ITU.

It-total ta’ mwiet żdied għal 439 wara li fl-aħħar 24 siegħa anzjana ta’ 61 sena mietet waqt li kienu pożittivi għall-virus.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ngħataw total ta’ 794,531 doża. Minn dawn 412,605 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 411,422 persuna huma mlaqqma kompletament.

Ekonomija

Sport