Saturday, December 21, 2024

Covid-19: Dawk imfejqa d-doppju tal-każi ġodda

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li matul il-jum tal-Ħadd irriżultaw 11-il każ ġdid tal-Covid-19 filwaqt li kien hemm 22 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. Dan ifisser li t-total ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 270.

It-total ta’ mwiet minħabba l-Covid-19 baqa’ ta’ 459 wara li bejn is-Sibt u l-Ħadd ma kienet irreġistrata l-ebda mewt. Bħalissa fl-Isptar Mater Dei hemm seba’ persuni rikoverati minħabba l-Covid-19, b’persuna minnhom tinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU). 

Sal-bieraħ filgħaxija kienu ngħataw 840,675 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 24,518 kienu dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport