Sunday, November 24, 2024

Covid-19: Hull City qed jiffaċċjaw investigazzjoni

Aqra wkoll

Hull City huma fost il-clubs li qed jiffaċċjaw investigazzjoni mill-English Football League (EFL) wara li pposponew l-partita taċ-Championship kontra Blackburn Rovers f’Boxing Day hekk kif din il-ġurnata intlaqtet minn posponiment ta’ bosta logħbiet minħabba t-tifqigħa tal-Covid-19.

Il-logħba fl-MK Stadium ġiet pos­posta ftit qabel is-1.00 pm, ftit aktar minn sagħtejn qabel il-kick-off, b’Hull jikkonfermaw li “m’għandniex in-numru meħtieġ ta’ players għal-logħba kontra Blackburn.”

Fl-istqarrija tagħhom, Hull sostnew li “informajna lill-EFL li ma kellniex l-iskwadra skond ir-regolamenti tal-Covid-19.”

L-attakkant ta‘ Blackburn, Bradley Dack, sejjaħ is-sitwazzjoni bħala “taħwid kbir” fuq Twitter ftit wara l-posponiment.

L-EFL tista‘ tanalizza ċ-ċirkostanzi tal-kanċellazzjoni, li jistgħu jwasslu biex Hull iħallsu l-ispej­jeż tat-team ta’ Tony Mowbray għall-preparazzjoni tal-logħba. 

Hu mifhum li Hull talbu biex il-logħba tiġi posposta minħabba li kellhom inqas minn 14-il player disponibbli.

F’League One, AFC Wimbledon qalu lill-EFL li jridu li l-clubs li jipposponu l-logħob minħabba l-coronavirus ikunu “miżmumin res­ponsabbli”. 

Huma kellhom logħbiet konsekuttivi kkanċellati, kontra Charlton Athletic u Portsmouth.

Huma ppubblikaw ittra miktuba b’mod qawwi lill-EFL li qalu li setgħu ssodisfaw il-kriteriji kol­lha minkejja li kellhom “frazzjoni tar-riżorsi” tar-rivali tagħhom fit-tielet livell.

“Irridu nieħdu din l-opportunità biex insejħu lill-EFL biex iwettaq il-proċessi dovuti tiegħu u jimplimenta l-miżuri l-aktar b’saħħithom possibbli biex niżguraw li – fejn club ikun jista’ jwettaq xi fixture – jagħmel dan,” qalu fl-ittra li bagħtu.

“Barra minn hekk, fejn jinstab li clubs li ma setgħux  iwettqu xi pos­poniment, għandhom jinżammu res­ponsabbli għad-deċiżjonijiet kol­lha li wasslu għal dik il-pożizzjoni.”

Disa’ logħbiet biss fl-EFL intlagħbu f’Boxing Day, b’24 jiġu posposti minħabba t-tifqigħat tal-Covid-19. Wimbledon żvelaw ukoll li kellhom biss 11-il każ minn meta ħareġ il-varjant Omicron, tlieta minnhom kienu fil-”bużżieqa tal-ewwel team” tagħhom.

“Din mhix b’kumbinazzjoni … iżda minħabba xogħol iebes u infiq tar-riżorsi li l-club tagħna fl-aħħar mill-aħħar m’għandux għad-dispożizzjoni tiegħu,” taqra l-ittra.

“Sempliċement ma naqblux li, wara li morna  lil hinn mill-mezzi tagħna biex niżguraw li l-logħ­biet ikunu jistgħu jintlagħbu, issa se nkunu fi żvantaġġ – nippruvaw nilagħbu fit-tieni nofs tal-istaġun, li se jkun wieħed konġestjonat ħafna, bi skwadra żgħira.”

Il-partita tal-Premier League ta’ Wolves kontra Arsenal li kellha tintlagħab proprju llum ġiet posposta minħabba li t-team tal-West Midlands m’għandux biżżejjed players. Il-partita ta’ Leeds kontra Aston Villa ġiet posposta wkoll. 

“Kombinazzjoni ta‘ riżultati po­żittivi għall-Covid-19 kif ukoll injuries wasslet biex Wolves talbu biex il-partita tiġi posposta, liema talba ġiet aċċettata kmieni biex tavża lill-partitarji jumejn qabel. 

Sport