Saturday, May 4, 2024

F’għeluq l-10 snin ta’ Diego Simeone fit-tmexxija tat-team ta’ Atletico Madrid ….

Aqra wkoll

Proprju nhar it-Tnejn, il-coach Diego Simeone, għalaq għaxar snin fit-tmexxija tat-team ta’ Atletico Madrid. L-Arġentin għamel xogħol inkredibbli minn meta ħa l-kontroll lura fl-2011, u biex jiċċelebra tragward dejjem aktar rari fil-football modern se tingħata ħarsa lejn għaxar fatti li jenfasizzaw il-ħidma sfieqa ta’ El Cholo. 

*Simeone huwa l-coach bl-aktar titli fl-istorja ta’ Atletico, rebaħ La Liga darbtejn, il-Copa del Rey darba, l-Europa League darbtejn, is-Super Cup Spanjola darba u s-Super Cup Ewropea darbtejn.

*Simeone rebaħ aktar logħbiet minn kwalunkwe coach ieħor fl-istorja ta’ Atletico, u kiseb 326 rebħa f’551 partita.

*Ir-rata ta’ rebħ ta’ Simeone hija ta’ 59.1%, filwaqt li r-rata ta’ draws tiegħu hija ta’ 23% u r-rata ta’ telf hija ta’ 17%.

*Simeone huwa l-uniku coach li mexxa club għar-rebħ ta’ La Liga apparti Barcelona jew Real Madrid fl-aħħar 17-il sena.

*Simeone huwa r-raġel li wassal lil Atletico għall-aqwa sensiela ta’ mingħajr telfa fl-istorja kollha tagħhom – 23 logħba konsekuttiva bejn il-15 ta’ April, 2012 u t-3 ta’ Novembru tal-istess sena.

*Simeone mexxa lil Atletico għal rekord ta’ 14-il rebħa konsekuttiva f’darhom f’sensiela li ntemmet fit-8 ta’ Marzu, 2013.

*Simeone assigura li Atletico jik­kwalifikaw għall-fażi tal-gruppi taċ-Champions League f’kull wie­ħed mid-disa’ staġuni sħaħ tiegħu fit-tmexxija tal-club.

*Simeone mexxa lil Atletico għal żewġ finali taċ-Champions League, għalkemm tilfu kemm f’Lisbona kif ukoll f’Milan kontra Real Madrid.

*L-aktar player użat ta’ Simeone matul l-era tiegħu huwa Koke, filwaqt li l-aqwa skorer tiegħu huwa Antoine Griezmann, b’140.

*L-aqwa ħdax ta’ Simeone bħala coach ta’ Atletico huma: Thi­baut Courtois; Luis Amaranto Perea, Die­go Godin, Alvaro Dominguez, Filipe Luis; Tiago Mendes, Gabi Fer­nandez; Juanfran Torres, Diego Ribas, Eduardo Salvio; Radamel Falcao.

SIMEONE JIŻVELA T-TLIET PUNTI

BIEX ATLETI JIĠU F’TAGĦHOM

Diego Simeone huwa determinat li jdawwar l-fortuni ta’ Atletico Mad­rid fost sensiela ta’ riżultati negattivi. 

F’dan l-istaġun, Atleti kienu mis­tennija li jiddefendu t-titlu hekk kif għandhom skwadra ta’ players ta’ kwalitá għolja. 

Iżda bħalissa jinsabu 17-il punt taħt il-leaders Real Madrid wara erba’ telfiet konsekuttivi.

Los Rojiblancos tilfu kontra Mallorca, Atletico Madrid, Real Madrid u dan l-aħħar kontra Granada.

Biċ-ċansijiet ikunu limitati li jirbħu ċ-Cham­pions League, l-istaġun ta’ Atleti jista’ jkun mitmum f’dak li għandu x’jaqsam mat-trofej, bil-Copa del Rey biss tkun l-objettiv realis­tiku f’dan il-punt.

Iżda hekk kif qed tiżdied il-pres­sjoni, Simeone qal lill-players tiegħu it-tliet affarijiet li jridu jagħmlu biex idawru l-fortuni tagħhom. 

Wara t-telfa kontra Granada, huwa sempliċement qal li wasal iż-żmien  biex: “Inkunu konċentrati, inkunu rilassati u rridu naħdmu aktar.”

Sport