Skont l-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat feġġew 20 każ ġdid u rkupraw 51 persuna mill-virus. B’hekk il-każi attivi issa niżlu għal 586.
Rigward dawk rikoverati fl-Isptar minħabba l-Covid-19 ntqal li hemm 22 persuna rikoverati u li tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-kura intensiva.
Il-vittmi tal-Covid-19 baqgħu 453 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.
Sal-bieraħ kienu ngħataw 811,704 doża tal-vaċċin li minnhom 5,059 huma booster dose.