Sunday, December 22, 2024

Covid-19: Il-każi attivi jkomplu jonqsu; imutu tliet irġiel

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta’ 9,181.

Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 379 każ ġdid filwaqt li 704 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus. 

Fl-istess waqt l-ammont ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 107, b’disa’ minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

L-ammont ta’ mwiet huwa ta’ 509 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietu tliet irġiel – li kellhom 60, 64 u 89 sena rispettivament  – waqt li kienu pożittivi bil-virus.

Il-programm ta’ vaċċinazzjoni baqa’ għaddej b’mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ b’kollox ingħataw 1,175,136 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 310,012 li huma dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport