Friday, April 19, 2024

Jenise Spiteri se ġġorr il-Bandiera Maltija fl-Olimpjadi tax-Xitwa ta’ Beijing

Aqra wkoll

Is-snowboarder Jenise Spiteri se tkun qed iġorr il-bandiera Maltija fil-XXV Logħob Olimpiku tax-Xitwa li ġej li se jsir bejn l-4 u l-20 ta’ Frar 2022 f’Beijing fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

Il-parteċipazzjoni ta’ Spiteri tħabbret uffiċjalment mill-Kumitat Olimpiku Malti illum.

Spiteri li hi bbażata ħewwa l-Kalifornja kkonfermat postha f’dawn il-Logħob wara l-prestazzjoni tagħha fid-dixxiplina tal-half-pipe fit-Tazza tad-Dinja li saret fl-Isvizzera fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Malta ilha tikkompeti fil-Logħob tax-Xitwa mill-2014 f’Sochi, iżda din se tkun l-ewwel dehra ta’ Spiteri f’Logħob bħal dan.

Għalkemm Malta kienet qed tittama li jkun hemm aktar atleti fil-parata tan-Nazzjonijiet, Spiteri se jkun l-uniku atleta Maltija f’Beijing. L-atleti Shannon Galea u Elise Pellegrin kienu wkoll qed jikkompetu għal post mal-kontinġent Malti iżda Galea, minkejja li kienet qrib il-kwalifikazzjoni ma rrnexxiliex tikseb post fid-dixxiplina tal-Boblseigh Skeleton. Elise Pellegrin, li kienet l-ewwel atleta Maltija li kkompetiet fil-Logħob tax-Xitwa, wara li kkompetiet f’Sochi (2014) u Pyeonchang (2018) naqset milli tingħaqad mal-kontinġent minkejja li ġabret biżżejjed punti ta’ kwalifika. Id-deċiżjoni li ma tiġix inkluża fil-Logħob kienet ibbażata fuq in-nuqqas ta’ kompetizzjoni riċenti li kienet tfisser li l-prestazzjoni tagħha ma kinietx ser tkun tal-livell tas-soltu tagħha.

Chef de Mission għal dawn il-logħob se tkun id-Direttur tal-Isport tal-Kumitat Olimpiku Malti Charlene Attard.

Sport