Friday, December 27, 2024

Covid-19: Il-KE tapprova fond ta’ €5.3 miljun għal riċerka u żvilupp f’Malta

Aqra wkoll

Fid-dawl tal-pandemija Covid-19, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija nieda fond ta’ riċerka u żvilupp rilevanti għall-Coronavirus.

Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo laqa’ l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għal Malta biex tistabbilixxi fond iddedikat għar-riċerka.

“Nixtieq nirringrazzja lill-Kummissjoni Ewropea u lill-President Ursula von der Leyen għall-ħidma tagħhom lejn pajjiżna. Matul il-lejl li għadda, Malta kisbet l-approvazzjoni għal fond ta’ €5.3 miljun iddedikat għar-riċerka relatata ma’ Covid-19. Dan jippermetti lil pajjiżna jsaħħaħ l-għarfien tiegħu dwar il-coronavirus u b’hekk ikollna aktar għodod li jistgħu jgħinu lill-awtoritajiet waqt li jagħmlu l-analiżi tagħhom,” qal is-Segretarju Parlamentari Bartolo. 

Minbarra li timmira biex jinstabu soluzzjonijiet innovattivi tas-sitwazzjoni kurrenti relatata mal-Covid-19, l-iskema hija maħsuba biex ittejjeb l-għodo u l-metodoloġiji għall-futur.

Fi stqarrija, ntqal li jistgħu jiġu indirizzati proġetti b’rabta ma’ prodotti mediċinali (inklużi vaċċini) u trattamenti, tagħmir mediku, diżinfettanti, għodod ta’ ġbir ta’ informazzjoni u applikazzjonijiet immirati għal tqassim aħjar ta’ rakkomandazzjonijiet mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Ekonomija

Sport