Tuesday, May 14, 2024

Żewġ immigranti feruti b’tiri ta’ arma tan-nar f’kamp fil-Greċja

Aqra wkoll

Żewġ immigranti li qed ifttxu ażil fil-Greċja kellhom jiddaħħlu l-isptar wara li sofrew ġrieħi kkawżati minn tiri ta’ arma tan-nar fl-akbar kamp tal-immigranti fuq il-gżira ta’ Lesbos fil-Greċja. 

Dan il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija, fejn dak li spara rnexxielu jaħrab mill-arrest. 

Dan il-kamp ta’ Moria, hu wieħed iffollat ħafna. Filwaqt li kellu jilqa’ 3,000 persuna, dan spiċċa jilqa’ 18,000. 

Bħala gżira, din tilqa’ diversi eluf ta’ immigranti u refuġjati li jaħarbu mill-kosta tat-Turkija, permezz ta’ dgħajjes perikolużi li wkoll jitħaddmu minn traffikanti tal-persuni

Sport