Monday, May 13, 2024

Il-Coronavirus tbiddel ukoll il-pjan tal-Musulmani għar-Ramadan

Aqra wkoll

“Id-dar t’Allah hi magħluqa. Kważi r-Ramadan u ma nistgħux nidħlu nitolbu minħabba l-Coronavirus.” 

Dan kien kumment ta’ Musulman barra Moskea fil-Libja, li lmenta li hi xi ħaġa ħażina li ma jistgħux jidħlu għax ġewwa jkunu siguri. 

Jidher li l-impatt tal-Coronavirus, se jinħass anke fost il-Musulmani li minn nhar il-Ġimgħa suppost kellhom jibdew bir-Ramadan. 

Normalment, waqt dan iż-żmien il-Moskei fi Tripli jiddettaw il-mod kif timxi l-belt. Iżda din is-sena l-awtoritajiet għalquhom ġimgħat ilu meta qamet il-biża’ wara li l-pandemija faqqgħet fil-Lvant Nofsani. Dawn il-Moskei mistennija jibqgħu magħluqin u għalhekk għal 1.8 biljun Musulman madwar id-dinja dan se jkun Ramadan b’nuqqas. 

Filwaqt li r-Ramadan hu żmien ta’ talb, fl-istess waqt hu wkoll żmien li jgħaqqad lill-Musulmani ma’ xulxin, hekk kif filgħaxija jieqfu milli jsumu u jingħaqdu flimkien biex jieklu. 

Sport