Friday, September 20, 2024

Covid-19: Jonqsu l-pazjenti rikoverati l-Isptar

Aqra wkoll

Skont l-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat feġġew 38 każ ġdid u rkupraw 43 persuna mill-virus. B’hekk il-każi attivi issa niżlu għal 740.

Rigward dawk rikoverati fl-Isptar minħabba l-Covid-19 ntqal li hemm 28 persuna rikoverati u li tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Dawn li mietu bil-Covid-19 baqgħu 446 wara li fl-aħħar sigħat ma kienet rappurtata l-ebda mewt.

B’rabta mal-programm tat-tilqim, sal-bieraħ kienu ngħataw 803,975 doża tal-vaċċin li minnhom 1,796 huma booster dose.

Sport