L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li bejn it-Tlieta u l-Erbgħa feġġew 79 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 96 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. It-total ta’ każi attivi bħalissa huma 744.
Fl-Isptar Mater Dei hemm 44 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-Covid-19, bi tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fl-aħħar 24 siegħa mietet mara ta’ 90 sena u raġel ta’ 72 sena waqt li kienu pożittivi bil-Covid. B’hekk it-total ta’ mwiet relatati mal-pandemija telgħu għal 601.
Sat-Tlieta filgħaxija kienu ngħaaw 1,238,926 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 341,384 kienu dożi tal-booster.