Saturday, December 21, 2024

Covid: Il-każi attivi jinżlu taħt il-5,000; imutu żewġt irġiel

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta’ 4,708.

Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 202 każ ġdid filwaqt li 1,253 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus. 

Fl-istess waqt l-ammont ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 103, b’sitta minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

L-ammont ta’ mwiet issa huwa ta’ 534 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietu raġel ta’ 55 sena u ieħor ta’ 90 sena waqt li kienu pożittivi bil-virus.

Il-programm ta’ vaċċinazzjoni baqa’ għaddej b’mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sas-Sibt b’kollox ingħataw 1,195,041 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 322,092 li huma dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport