Thursday, March 28, 2024

84% tal-popolazzjoni ta’ Tonga affettwata mill-irmied u t-tsunami kkawżati mill-iżbroff ta’ vulkan

Aqra wkoll

Il-gvern ta’ Tonga qal li 84% tal-popolazzjoni ġiet affettwata mill-irmied u t-tsunami kkawżati mill-vulkan li żboffa ftit ’il barra mill-kosta ta’ dan il-pajjiż. Fit-Tonga hemm jgħixu 105,000 persuna. 

Il-ġimgħa li għaddiet mewġ qawwi laqat lil dan il-pajjiż wara l-iżbroff tal-vulkan liema mewġ kisser għadd ta’ villaġġi u strutturi li jinsabu qrib il-kosta. Il-gvern ma rrapporta l-ebda imwiet oħra ħlief dawk it-tlieta li hu magħruf li mietu waqt it-tsunami. Il-Gvern qal biss li hemm ftit inqas minn 25 persuna li sofrew ġrieħi, u li l-maġġoranza jgħixu fuq il-gżira Nomuka. 

Matul l-aħħar jiem kompliet tasal l-għajnuna umani­tarja ġewwa dan il-pajjiż, filwaqt li twaqqfet ukoll klinika biex tagħti l-kura lil dawk fil-bżonn minħabba li l-klinika li kien hemm qabel tkissret fit-tsunami. 

In-nuqqas ta’ ilma nadif huwa l-iktar ħaġa li qiegħed iħasseb lill-awtoritajiet, iżda fortunatament uffiċjali qalu li minkejja l-ammont kbir ta’ rmied li niżel, testijiet li saru dan l-aħħar qegħdin juru li l-ilma tal-pjan u dak tax-xita jista’ jiġi kkunsmat u huwa sigur. 

Ekonomija

Sport