L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li bejn l-Erbgħa u l-Ħamis feġġew 126 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 88 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. It-total ta’ każi attivi bħalissa huma 774.
Fl-Isptar Mater Dei hemm 43 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-Covid-19, bi tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
L-imwiet relatati mal-imxija tal-Covid-19 issa telgħu għal 607 wara li fl-aħħar sigħat miet raġel ta’ 64 sena waqt li kien pożittiv bil-virus.
Sal-Erbgħa filgħaxija kienu ngħataw 1,243,973 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 343,704 kienu dożi tal-booster.