Wednesday, May 15, 2024

Minn tal-inqas 18-il persuna jmutu f’minjiera tad-deheb fi Guinea

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 18-il persuna tilfu ħajjithom meta minjiera tad-deheb ikkollassat ġewwa l-Guinea. Tajjeb li jingħad li din il-minjiera ma kinitx waħda rikonoxxuta formalment. 

L-inċident seħħ kmieni din il-ġimgħa f’Gaoual, madwar 386 kilomtru bogħod mill-kapitali Conakry.

Uffiċjali tal-gvern qalu li bħalissa ġew rikoverati 18-il katavru, iżda l-ħidma għadha għaddejja u mhux eskluż li jinstabu iktar persuni mejtin hekk it-tiftix għadu għaddej.

Sport