Monday, May 13, 2024

Crack Money imbattibli u fi klassi għalih

Kenneth Vella

Aqra wkoll

Il-41 laqgħa tal-istaġun li saret il-Ħadd filgħaxija fil-korsa tal-Marsa ġabet fi tmiemhom is-sensiela ta’ kampjonati Sajfin organizzati grazzi għall-appoġġ ta’ Cisk Lager. Saru b’kollox seba’ finali fuq distanza ta’ 2140m b’dik l-aktar mistennija, tal-klassi Premier, tintrebaħ kif mistenni mill-popolari Crack Money misjuq mis-solitu Michael Ellul. 

Għaxar żwiemel ħadu sehem fil-finali Premier. Il-kwotat Crack Money (Michael Ellul) kien fost l-aktar veloċi wara l-karozza tat-tluq u wara ftit metri fetaħ vantaġġ żgħir minn Marcello Wibb (Paul Galea) u Escoublac (Charlton Muscat). 500m mit-tmiem Crack Money kien għadu għaddej b’saħħa kbira u rnexxilu jieħu t-tmien rebħa f’Malta u s-seba’ nfila faċilment b’tul u nofs minn Marcello Wibb li ġej mill-istess stalel taż-żiemel rebbieħ u Akela Play (Clint Vassallo). Victory Wind (Jesmar Gafa’) temm fir-raba’ post. Ir-rebbieħ propjetà ta’ Stephen Ciangura kellu medja ta’ 1.13.1” fil-kilometru.  

Fl-uniku finali tal-klassi Gold, Dylan Gatt poġġa lill-favorit Filou Star quddiem dawra mil-linja finali. Dan okkupa l-ewwel post sat-tmiem biex ħa t-tielet rebħa minn daqstant tiġrijiet f’Malta minn Caid Sly (Redent Magro) u Satellit L.A. (Charles Camilleri). Diego Du Coudou (Jesmar Gafa’) daħal warajhom f’dik l-ordni. 

Fi tmiem kull final, Steve Borg, Business and Support Manager fi ħdan Simonds Farsons Cisk ippremja lis-sidien u s-sewwieqa taż-żwiemel rebbieħa. 

Intant l-istaġun 2023 jitkompla f’Ottubru li ġej. 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Finali Kampjonat Cisk Lager. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Fakir Piya (R. Gatt) Ħin – 2.46.3” (1.17.7”) 2. Hative De Ronsard (D. Cortis) 3. Hurricane Du Temps (D. Baldacchino) 4. Pure Islet (M. Ellul) 

II Tiġrija. Finali Kampjonat Cisk Lager. Klassi Bronze B. Dist – 2140m. 1. Friend (R. Gatt) Ħin – 2.43.9” (1.16.6”) 2. Attack Photo (D. Baldacchino) 3. Gypsa Bella (Ch. Camilleri) 4. Heros De Claivince (K. Saliba) 

III Tiġrija. Finali Kampjonat Cisk Lager. Klassi Bronze A. Dist – 2140m. 1. Flash Picken (N. Baldacchino) Ħin – 2.40.4” (1.15”) 2. Echo Sellois (N. Barbara) 3. Professor (J. Vassallo) 4. Genie Lulu (R. Gatt) 

IV Tiġrija. Finali Kampjonat Cisk Lager. Klassi Silver B. Dist – 2140m. 1. Galeo Du Portugal (J. Axisa) Ħin – 2.40” (1.14.7”) 2. Falcon Du Hamel (M. Attard) 3. Diamant Nonantais (N. Baldacchino) 4. Espoir D’Amour (P. Galea)

V Tiġrija. Finali Kampjonat Cisk Lager. Klassi Silver A. Dist – 2140m. 1. Elitlove Pasmarick (P. Galea) Ħin – 2.40.5” (1.15”) 2. Defi Nay (Ch. Camilleri) 3. Diabolo Castelets (M. Ellul) 4. Alinea (C. Vassallo)

VI Tiġrija. Finali Kampjonat Cisk Lager. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Filou Star (D. Gatt) Ħin – 2.41.3” (1.15.4”) 2. Caid Sly (R. Magro) 3. Satellit L.A. (Ch. Camilleri) 4. Diego Du Coudou (J. Gafa’)  

VII Tiġrija. Finali Kampjonat Cisk Lager Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Crack Money (M. Ellul) Ħin – 2.36.4” (1.13.1”) 2. Marcello Wibb (P. Galea) 3. Akela Play (C. Vassallo) 4. Victory Wind (J. Gafa’) 

Sport