Saturday, September 14, 2024

Craig Bellamy kowċ ta’ Wales

Aqra wkoll

Il-federazzjoni tal-futbol ta’ Wales ħatret lil Craig Bellamy fil-kariga ta’ kowċ sabiex se jieħu post Rob Paige li aktar qabel ħalla dan ir-rwol. Bellamy qal li wettaq waħda mill-akbar ħolmiet li kellu u għadu kemm iffirma kuntratt ta’ erba’ snin. Hu ilu jikkowċja sa mis-sena 2014 iżda għalih dan hu wieħed mill-irwoli prinċipali li se jkollu.

Bħala plejer Bellamy deher 79 darba u kien ukoll captain tat-tim bejn l-2007 u l-2010. Hu kien applika għal dan ix-xogħol anke fl-2018 iżda dak iż-żmien il-federazzjoni kienu ħatru lil Ryan Giggs.

Ekonomija

Sport