Monday, July 15, 2024

Lamine Yamal rebbieħ tal-plejer tas-sena ma’ Barcelona

Aqra wkoll

Frisk mis-suċċess u l-gowl fis-semifinali tal-bieraħ bejn Franza u Spanja, l-attakkant Lamin Yamal kompla jibbrilla kulfejn ikun. Fil-fatt Barcelona ħabbru li hu r-rebbieħ tal-plejer tas-sena fi ħdan il-klabb tagħhom.

Yamal ta’ 16-il sena kien regolari mal-Katalani fejn fl-istaġun li għadda lagħab 38 partita u skorja ħames gowls. Ilbieraħ hu skorja gowl mill-isbaħ kontra Franza b’xutt minn barra l-kaxxa li qarraq bil-goalkeeper Mike Maignan.

Ħafna qed isemmu lil Yamal bħala l-plejer li mistenni jissemma’ għas-snin li ġejjin.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport