Friday, July 19, 2024

Simone Inzaghi jġedded ma’ Inter

Aqra wkoll

Il-kowċ Taljan Simone Inzaghi se jestendi l-kuntratt tiegħu ma’ Inter sas-sena 2026. Dan kollu se jwassal sabiex jaqla’ salarju annwali ta’ €6.5 miljun li hu wieħed ferm tajjeb.

Inzaghi ilu jmexxi lin-Nerazzurri sa mis-sena 2021 u mexxa lit-tim għar-rebħ tal-kampjonat Taljan

fl-istaġun li għadda. Hu kiseb suċċess ukoll fil-Coppa Italia darbtejn kif ukoll għolla s-Super Cup Taljana għal tliet darbiet.

Il-president ta’ Inter Beppe Marotta qal li kienet xi ħaġa naturali li jkun hemm dan il-ftehim minħabba li jinsabu kuntenti bix-xogħol li qed jagħmel l-eks kowċ ta’ Lazio.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport