Thursday, November 26, 2026
Home Sport Ir-referee tal FIFA, Ishmael Barbara, se jikkontrolla l-partita bejn Pafos FC u...

Ir-referee tal FIFA, Ishmael Barbara, se jikkontrolla l-partita bejn Pafos FC u FC Midtjylland

0
27

Ir-referee Malti, Ishmael Barbara, se jikkontrolla partita mill-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Conference League.

Ir-referee tal-FIFA ġie magħżul biex jikkontrolla l-partita bejn Pafos FC (Ċipru) u FC Midtjylland (Danimarka) tal-Ħamis.

Huwa se jkun assistit mill-assistant referees tal-FIFA, Luke Portelli u James Muscat, filwaqt li Slobodan Petrovic se jkun ir-raba’ uffiċjal.

Il-VAR se jkun qed jintuża matul il-partita minn Clay Ruperti (Olanda) u Stan Teuben (Olanda) li se jaqdu l-irwoli ta’ Video Assistant Referee u Assistant Video Assistant Referee rispettivament.

Il-konfront se jintlagħab fl-Istelios Kyriakides Stadium f’Pafos, bil-partita tibda fis-6.45 pm

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here