Ir-referee Malti Matthew Degabriele ġie magħżul biex jikkontrolla partita mill-fażi tal-kampjonat tal-UEFA Conference League.
Ir-referee tal-FIFA se jkun responsabbli mill-partita bejn Inter Club d’Escaldes (Andorra) u FC Copenhagen (Danimarka).
Huwa se jkun assistit mill-uffiċjali tal-FIFA Jurgen Spiteri u Mitchell Scerri, filwaqt li Philip Farrugia se jkun ir-raba’ uffiċjal.
Il-VAR se jkun qed jintuża matul il-partita, b’Pawel Malec u Bartosz Frankowski, it-tnejn mill-Polonja, jaqdu r-rwoli ta’ Video Assistant Referee u Assistant Video Assistant Referee rispettivament.
Il-partita se tintlagħab f’Estadi de la FAF f’Encamp, Andorra, nhar il-Ħamis, fid-9.00 pm.




