Wednesday, July 10, 2024

Stefano Pioli mhux se jkun kowċ ta’ Al Ittihad

Aqra wkoll

Meta kollox kien jidher li se jseħħ it-trasferiment ta’ Stefano Pioli bħala kowċ ta’ Al Ittihad, l-aħħar sigħat kienu intoppi sħaħ li wasslu sabiex ikun aħjar li l-eks kowċ ta’ Milan jibqa’ fl-Italja.

Diversi gazzetti qed jgħidu li l-moħħ wara dan in-nuqqas ta’ ftehim bejn Pioli u Al Ittihad hu proprju l-plejer veteran Karim Benzema li ppropona lid-diriġenti tal-klabb sabiex imorru għal Christophe Galtier. Dan tal-aħħar kien qed imexxi lil Al Duhail tal-Qatar iżda li ħalla din il-kariga.

Al Ittihad issa qed joffru €12-il miljun kull staġun lil Galtier bi Pioli li għalissa se jibqa’ jirċievi l-paga mingħand AC Milan.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport