Rapporti mill-Arabja Sawdija qed jgħidu li l-attakkant veteran Portugiż Cristiano Ronaldo qed jiddejjaq ma’ Al Nassr u jixtieq jerġa’ jilgħab fl-Ewropa. Dan kollu qed iseħħ meta hu lanqas ilu ħames xhur magħhom.
Ronaldo qed jinduna li l-infrastruttura f’dan il-pajjiż għadha ftit lura filwaqt li anke l-livell tal-kampjonat mhux xi wieħed ta’ barra minn hawn.
Minkejja kollox, hemm intopp hekk kif hu għandu kuntratt ta’ sentejn u jekk jiddeċiedi li jinħall minnu jrid iħallas somma konsiderevoli ta’ flus.
S’issa Ronaldo lagħab 14-il logħba ma’ Al Nassr u skorja 13-il gowl.