Monday, May 6, 2024

Il-UEFA tikkunsidra tibdil fis-Super Cup

Aqra wkoll

Il-UEFA qed taħseb sabiex tagħmel rivoluzzjoni fis-Super Cup Europea li skont diversi ġurnali barranin tista’ tinqasam fi tnejn, l-UEFA Europa Super Cup u s-Super Final Four Cup.

Il-ħsieb hu li min jirbaħ l-UEFA Europa League jilgħab kontra min jgħolli t-tazza tal-UEFA Europa Conference League.

Mill-banda l-oħra, il-ħsieb tal-UEFA hu li s-Super Cup ewlenija tkun speċi ta’ Final Four, l-istess bħalma ssir fi Spanja.

Aktar diskussjonijiet mistennija jsiru sabiex jiġu finalizzati l-formati.

Sport