Tuesday, May 14, 2024

Marcel Sabitzer jista’ jingħaqad ma’ Manchester United

Aqra wkoll

Id-diriġenti ta’ Bayern Munich infurmaw lil Manchester United li sabiex jixtru lill-plejer internazzjonali Awstrijak Marcel Sabitzer, iridu jħallsu s-somma ta’ €22 miljun.

Sabitzer jidher lest sabiex ikompli l-avventura tiegħu f’Old Trafford wara li fil-bidu ta’ din is-sena ngħaqad magħhom fuq bażi ta’ self.

S’issa hu lagħab 11-il partita għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka.

Fil-karriera tiegħu, hu lagħab ma’ Admira Wacker, Rapid Wien, RB Leipzig, RB Salzburg u Bayern Munich.

Sport