Saturday, September 7, 2024

Cristian Zapata se jkompli l-karriera tiegħu fil-Brażil

Aqra wkoll

L-eks difensur ta’ Udinese u AC Milan Cristian Zapata se jkompli l-karriera tiegħu fil-Brażil hekk kif se jilgħab ma’ Vitoria Bahia. Id-difensur ċentrali Kolombjan, li llum jgħodd 37 sena qal li għadu jħossu tajjeb sabiex jilgħab fl-ogħla livell u kien għalhekk li għażel dan it-tim li għadu kemm ġie promoss fl-ogħla diviżjoni Brażiljana.

Dan l-aħħar, Zapara dar numru ta’ klabbs fejn wara l-esperjenza ma’ Genoa, hu deher ukoll ma’ San Lorenzo u Atletico Nacional fl-Amerika t’Isfel.

Zapata wiegħed li se jgħin fil-proġett ta’ Vitoria Bahia speċjalment li jżommu posthom mal-kbar.

Ekonomija

Sport