Wednesday, July 24, 2024

Danny Blind jinħatar amministratur ta’ Ajax

Aqra wkoll

L-eks difensur ta’ Ajax Amsterdam Danny Blind inħatar amministratur mal-istess klabb b’kuntratt sa Novembru 2027.
Blind kien fit-tim li rebaħ l-UEFA Champions League tal-1995 wara rebħa ta’ 1-0 kontra AC Milan. Hu minn dejjem kellu għal qalbu dan il-klabb mill-belt kapitali Olandiża.

Illum il-ġurnata, Blind għandu 62 sena u b’kollox lagħab 493 darba ma’ Ajax. Hu għamel żmien ukoll bħala kowċ tat-tim.

Ekonomija

Sport