Sunday, November 8, 2026
Home Sport Formula 1: Lando Norris fil-pole position tal-GP tal-Brażil għat-tielet sena konsekuttiva

Formula 1: Lando Norris fil-pole position tal-GP tal-Brażil għat-tielet sena konsekuttiva

0
37

Lando Norris kiseb il-pole position tal-Grand Prix tal-Brażil wara prestazzjoni mill-aqwa fil-provi uffiċjali li saru f’kundizzjonijiet diffiċli ħafna minħabba x-xita fiċ-ċirkwit ta’ Interlagos.

Is-sewwieq Ingliż tal-McLaren irreġistra l-aħjar ħin fil-provi uffiċjali ta’ minuta, 27.470 sekonda, biex temm quddiem George Russell tal-Mercedes b’distakk ta’ 0.204 sekondi. Din kienet it-tielet pole position konsekuttiva ta’ Norris f’Interlagos u l-20 waħda fil-karriera tiegħu fil-Formula 1.

Il-provi kellhom jiġu posposti għal kważi siegħa u nofs minħabba x-xita qawwija, filwaqt li żewġ waqfiet bil-bandiera l-ħamra komplew ikabbru d-diffikultajiet għas-sewwieqa.

Kimi Antonelli, li diġà ġie nkurunat champion tad-dinja, kiseb it-tielet l-aħjar ħin iżda se jibda mit-tieni post minħabba penalità ta’ ħames postijiet fuq Russell. Dan ifisser li Antonelli se jkun maġenb Norris fl-ewwel filliera.

Max Verstappen ukoll kellu sessjoni diffiċli u ma għamilx ħin fit-tieni fażi hekk kif kien diġà mistenni jibda minn wara minħabba penalità fuq il-power unit.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here