Sunday, May 5, 2024

Cristiano Ronaldo b’diskussjonijiet privati ma’ Sir Alex Ferguson

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Manchester United, Cristiano Ronaldo, kellu diskussjonijiet privati ma’ Sir Alex Ferguson dwar il-futur tiegħu f’Old Trafford.

Il-ħames darbiet rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb kien protagonisti fit-team ta’ Manchester United meta rreġistra 24 goal u tliet assists fi 38 dehra f’dan l-istaġun, bi 18 minn dawn il-goals jaslu fil-Premier League.

Madankollu, it-tamiet tar-Red Devils li jikkwalifikaw għaċ-Champions League għall-istaġun li ġej issa spiċċaw uffiċjalment wara umiljazzjoni ta’ 4-0 kontra Brighton & Hove Albion nhar is-Sibt.

It-team immexxi minn Ralf Rangnick ma jistax itemm iktar mis-sitt post tal-klassifika tal-Premier League, u għadhom f’riskju li jitilfu post fl-Ewropa għal kollox hekk kif West Ham United u Wolves qed ifittxu li jakkwistaw post huma.

Ronaldo ffirma kuntratt ta’ sentejn ma’ Man United meta għamel ritorn sensazzjonali mal-club fis-sajf tal-2021, u l-kuntratt għandu wkoll l-għażla ta’ 12-il xahar addizzjonali.

Sport