Cristiano Ronaldo sarlu t-test mediku b’suċċess biex fis-sigħat li ġejjin se jiġi ppreżentat lill-media mill-club Sawdi, Al Nassr.
L-attakkant Portugiż ta’ 37 sena, tella’ ritratt fuq il-media soċjali waqt li kien għaddej bit-test mediku.
Huwa se jiġi ppreżentat qabel sessjoni ta’ taħriġ miftuħa għall-partitarji ta’ Al Nassr fl-istadium, Mrsool Park, f’Riyadh, li jesa 25,000 partitarju.
Huwa se jiltaqa’ wkoll mal-manager Rudi Garcia għall-ewwel darba.
Iżda Ronaldo mhux se jilgħab fil-logħba ta’ Al-Nassar, dik kontra Al-Shabab, fl-14 ta’ Jannar.
Bħalissa Al-Nassr jinsabu fil-quċċata tal-klassifika tas-Sawdi Pro League meta fi tmiem il-ġimgħa għelbu lil Al-Khaleej bl-iskor ta’ 1-0.
Huwa se jiffirma kuntratt ta’ sentejn li fih se jaqla’ €175 miljun fis-sena.
Ronaldo esprima s-sodisfazzjon li ngħaqad ma’ dan il-club fejn qal: “Ninsab ferħana għal esperjenza ġdida f’kampjonat differenti u f’pajjiż differenti.
“Il-viżjoni li għandhom Al Nassr hija ta’ ispirazzjoni kbira. Ninsab eċċitati ħafna li ningħaqad ma’ sħabi, biex ngħin lit-team jikseb aktar suċċess.”