Wednesday, October 9, 2024

Cristiano Ronaldo jbiddel id-dar … minħabba l-għajjat tan-nagħaġ

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Manchester United, Cristiano Ronaldo, biddel id-dar tiegħu f’inqas minn ġimgħatejn li ngħaqad mar-Red Devils … minħabba l-għajjat ta’ merħla ngħaġ fl-għelieqi ta’ wara … minħabba li kienu qed itellfulu r-raqda tiegħu. 

Jingħad li l-attakkant ta’ 36 sena biddel id-dar tiegħu, jew aħjar il-villa, f’Cheshire, li kellha 23 tomna u seba’ kmamar tas-sodda u li kienet tiswa £6 miljuni … għal waħda ta’ £3 miljuni li hija proprjetá tal-eks player ta’ Manchester United, Andy Cole. 

Huma mifhum li Ronaldo kien sodisfatt ħafna jgħix f’din il-villa u din il-proprjetá hija ‘l bogħod mill-istorbju tal-belt … iżda sab l-istorbju tan-nagħaġ kmieni filgħodu!!

Ronaldo huwa tip ta’ bnidem li wara kull logħba jkun irid ħafna mistrieħ biex ikun jista’ jirkupra mentalment … u għaldaqstant ġie deċiż li ma jibqax jgħix hemm. 

Sport