Sunday, December 22, 2024

Cristiano Ronaldo jikser rekord ieħor fiċ-Champions League

Aqra wkoll

Il-fenomenu ta’ Manchester United Cristiano Ronaldo laħaq ir-rekord taċ-Champions League li kien waqqaf l-ex player ta’ Manchester City Sergio Aguero wara l-goal tiegħu fil-ħin miżjud kontra Villarreal.

Kollox kien qed jindika li dan kien se jkun is-sitt draw konsekuttiv bejn il-finalisti tal- Europa League tal-aħħar staġun, iżda l-leġġenda Portugiża kellu ħsibijiet oħra u rnexxileu jsib ix-xibka minn angolu strett fil-95 minuta biex assigura rebħa ta’ 2-1 għar-Red Devils.

Dan il-goal kruċjali mill-player ta’ 36 sena fisser li huwa sab ix-xibka tliet darbiet fil-ħin miżjud, biex laħaq ir-rekord ta’ Aguero, li hu stess kien skorja l-goal rebbieħ drammatiku kontra Villareal 10 snin ilu fl-Etihad Stadium.

Ronaldo kiser ukoll ir-rekord ta’ dehriet fiċ-Champions billi deher għall-178 darba nhar l-Erbgħa, fejn qabeż lill-ex sieħbu ma’ Real Madrid Iker Casillas li kellu r-rekord minn Settembru 2015.

Wara li rritorna f’Old Trafford dan is-sajf, Ronaldo skorja ħames goals fil-kompetizzjonijiet kollha, bl-aħħar goal tiegħu itella’ t-totla tiegħu għal 136, 15-il goal vantaġġ fuq l-eqreb sfidant, Lionel Messi.

Ekonomija

Sport