Tuesday, May 14, 2024

Malta fit-tieni post bħala l-aqwa destinazzjoni għall-ivvjaġġar ta’ persuni waħedhom

Aqra wkoll

Stħarriġ internazionali li sar dan l-aħħar dwar l-ivvjaġġar ta’ persuni waħedhom (solo travel) poġġa lil Malta fit-tieni post tal-klassifika, wara l-Iżlanda, bħala l-aħjar destinazzjoni għall- vaganzi għal dan is-settur ta’ vjaġġaturi. F’dan l-indiċi, li sar minn Bounce.com, Malta kisbet 6.34 minn 10 punti.

Biex wasal għal konklużjonijiet tiegħu, l-indiċi ta’ Bounce.com eżamina diversi fatturi fosthom is-sistema ta’ trasport pubbliku, il-kriminalita u s-sigurta, it-temp u x-xita, il-prezzijiet u l-kwalita ta’ akkomodazzjoni, il-kwalita ta’ stabbilimenti tal-ikel u barijiet kif ukoll l-attrazzjonijiet u l-attivitajiet turistiċi u kulturali.

Fuq quddiemnett Malta tissemma għall-istorja twila tagħha l-iktar għar-rabtiet storiċi li kellha u għad għandha ma’ bosta dinastiji li ħallew warajhom preġju kbir matul is-snin bil-fortifikazzjonijiet u t-tempji neolitiċi. 

Fattur ieħor li ġie meqjus u mogħti mportanza kien il-qagħda geografika ta’ Malta fil-baħar Mediterran, preċiżament fin-nofs bejn in-naħa t’isfel tal-kontinent Ewropew u l-Afrika, lokazzjoni li ġġib magħha temp sħun u sabih. Fil-fatt ġie nnutat ukoll li fost il-pajjiżi indikati fl-indiċi, Malta hija pajjiż bl-iktar klima sħuna.

Fil-klassifika, wara Malta hemm il-Portugall fit-tielet post b’6.21 punt.

Sport