Tuesday, October 6, 2026
Home Sport Cristiano Ronaldo jilgħab biss mal-Portugall jekk Jorge Jesus ma jibqax il-coach

Cristiano Ronaldo jilgħab biss mal-Portugall jekk Jorge Jesus ma jibqax il-coach

0
49

Teżisti possibbiltá kbira li Cristiano Ronaldo, jista’ jirrifjuta li jirritorna mat-team nazzjonali Portugiż sakemm Jorge Jesus jibqa’ coach. 

Ronaldo ħalla l-kamp tat-team wara li ma ntużax fir-rebħa ta’ 2-1 kontra n-Norveġja fis-27 ta’ Settembru, u mbagħad tilef l-aħħar żewġ partiti tal-Portugall f’din il-waqfa internazzjonali.

Il-media Portugiża qed issostni li Ronaldo tilef il-fiduċja f’Jesus u jinsab irrabjat bil-mod kif ġie trattat il-każ kollu, b’mod partikolari bil-kummenti tal-coach wara li tħalla fuq il-bank. Ronaldo tilef ukoll tliet sessjonijiet ta’ taħriġ qabel telaq lejn id-dar fuq ajruplan privat.

Jesus, min-naħa tiegħu, naqqas mill-importanza tat-tilwima u qal li Ronaldo se jkun milqugħ lura jekk ikun qed jilgħab ma’ Al-Nassr u jkun irid jirritorna. Ronaldo qal li fi żmien xieraq se jgħid “il-verità” dwar id-deċiżjoni tiegħu.

Il-Portugall rebħu l-erba’ partiti kollha taħt Jesus, iżda l-assenza ta’ Ronaldo qajmet mistoqsijiet dwar il-futur tiegħu mat-team nazzjonali.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here