Wednesday, July 24, 2024

Cristiano Ronaldo jista’ jeħel sospensjoni twila

Aqra wkoll

L-attakkant Portugiż, Cristiano Ronaldo, jista’ jeħel sospensjoni twila wara tkeċċa waqt partita tas-Super Cup Sawdita wara li deher jagħti minkeb lil avversarju f’sidru.

L-eks player ta’ Manchester United u Real Madrid li għandu 39 sena, kien fl-azzjoni għal Al-Nassr meta seħħ dan l-inċident.

Bit-team tiegħu ikun fl-iżvantaġġ ta’ 2-0 permezz ta’ goals minn Salem Al-Dawsari u Malcom (l-ex-player ta’ Barcelona), Ronaldo deher ferm frustrat fil-ground u saħansitra jargumenta ma’ sħabu.

Wara li l-ballun mar barra mil-logħob,  id-difensur ta’ Al-Hilal, Ali Al-Bulayhi, ipprova jwaqqaf lill-Portugiż milli jaqbad il-ballun biex jagħti throw-in malajr.

Ronaldo deher jirrabja u f’dak il-mument huwa deher jagħti daqqa’ ta’ minkeb f’sider l-avversarju tiegħu.

F’dak il-mument, Al-Bulayhi kompla bid-drama fejn waqa’ mal-art bil-konsegwenza li players miż-żewġ naħat jiġru fejn seħħ dan l-inċident.

Fosthom kien hemm Kalidou Koulibaly u Aymeric Laporte.

Meta r-referee wera l-karta l-ħamra lil Ronaldo, l-attakkant deher jimxi lejh bħallikieku ried jagħti daqqa ta’ ponn lill-uffiċjal tal-logħba.

Imbagħad, b’mod sarkastiku Ronaldo approva t-tkeċċija tiegħu … fejn kellu jħalli l-ground fost il-kant tal-partitarji avversarji ta’ “Messi, Messi”.

Ekonomija

Sport