Wednesday, December 25, 2024

Cristiano Ronaldo jista’ jiġi sospiż jew immultat

Aqra wkoll

Cristiano Ronaldo jista’ jiġi sospiż partita waħda mill-UEFA jew immultat wara mossa ta’ marketing ‘illegali’ fil-Euro 2024.

Ronaldo huwa investitur u ambax­xatur għall-kumpanija tat-teknoloġija tal-fitness WHOOP.

Waqt il-logħba tal-Portugall kontra s-Slovenja, il-player ta’ 39 sena kien liebes wieħed mill-apparat tal-kum­panija taħt faxxa fuq il-polz tiegħu hekk kif kien qed jiġbor data matul il-logħba.

Ġara li l-kumpanija ppub­blikat id- data tar-rata tal-qalb tiegħu fuq il-media soċjali li wriet li kienet niżlet minn aktar minn 170 taħbita fil-minuta għal 110 qabel Jan Oblak salva l-penalty tiegħu fil-ħin normali.

Ekonomija

Sport