Sunday, March 16, 2025

Cristiano Ronaldo jsib ix-xibka għal Al Nassr

Aqra wkoll

Cristiano Ronaldo sab ix-xibka fir-rebħa tajba li t-tim tiegħu mis-Saudi Pro League Al Nassr kellu kontra Al Kholood bl-iskor ta’ 3-1. Ronaldo kompla mal-gowls ta’ Sadio Mane u Jhon Duran li għenu lit-tim ta’ Stefano Pioli jirbħu din il-partita.

B’hekk it-tim mill-belt ta’ Riyadh jinsab issa fit-tielet post tal-klassifika hekk kif Al Qadisiya tilfu kontra Damac bl-iskor ta’ 1-0.

Fin-naħa t’isfel tal-klassifika, Al Wehda rebħu d-dwell tan-naħa t’isfel tal-klassifika meta b’gowl uniku għelbu lil Al Khaleej.

Neymar barra mill-iskwadra Brażiljana

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Brażiljan Dorival Junior mhux se jirriskja fuq il-kundizzjoni fiżika tal-plejer Neymar Junior tant li għażel li ma jsejjaħlux għall-impenn doppju li s-Selecao għandha kontra l-Kolombja u l-Arġentina lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar.

Minkejja li l-plejer ta’ Santos lagħab seba’ partiti, skorja tliet gowls u wettaq tliet assists, il-kundizzjoni tiegħu mhux daqshekk perfetta u kien għalhekk li bi qbil mal-plejer jibqa’ barra għal dawn il-konfronti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport