Monday, October 28, 2024

Cristiano Ronaldo qed jiffaċċja kawża legali minħabba l-Cryptocurrency

Aqra wkoll

L-attakkant inernazzjonali Portugiż, Cristiano Ronaldo, qed jiffaċċja kawża legali fl-Istati Uniti dwar il-promozzjoni tiegħu ma’ Binance, l-akbar skambju ta’ Cryptocurrency fid-dinja.

Dawk li fetħu din il-kawża qed  isostnu li l-approvazzjoni tiegħu wasslet għal telf finanzjarju għall-investiment li għamlu.

Huma qed ifittxu danni ta’ “somma li taqbeż” il-$1 biljun (£790 miljuni).

Wara dawn ir-rapporti, il-kumpanija tal-management ta’ Ronaldo kif ukoll il-Binance ġew ikkuntattjati għal kummenti iżda t-tentattivi kienu inutli. 

F’Novembru 2022, Binance ħabbret l-ew­wel kollezzjoni “CR7” tagħha ta’ tokens mhux tanġibbli (NFT) fi sħubija ma’ Ro­naldo, li l-player innifsu kien  qal li kien se jippremja lill-partitarji “għas-snin kollha ta’ appoġġ”.

L-NFTs huma assi virtwali li jistgħu jin­xtraw u jinbiegħu, iżda li m’għandhom l-ebda forma tad-dinja reali tagħhom stess – fi  kliem ieħor jeżistu biss b’mod diġitali. 

Ġeneralment, huma wżati biex jimmarkaw il-pussess ta‘ xi ħaġa, bħal stampa jew inkella video online.

“CR7” tirreferi għall-inizjali u n-numru tal-flokk ta’ Ronaldo, u tintuża bħala branding f’firxa ta’ prodotti, minn żraben u ħwej­jeġ  għal fwejjaħ u aċċessorji oħra, li għenu biex isir wieħed minn fost l-aktar atleti sinjuri fid-dinja.

Sport