Saturday, May 4, 2024

Mixli li sawwat u hedded lil martu wara li daħal id-dar xurban

Aqra wkoll

Raġel ta’ 42 sena mis-Serbja ġie akkużat fil-Qorti li wettaq vjolenza domestika fuq martu. Fuq ordni tal-Qorti hu baqa’ jinżamm arrestat hekk kif wieġeb mhux ħati tal-akkużi.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Sherona Buhagiar qalet li l-Pulizija rċeviet rapport mill-vittma fejn qalet li allegatament l-akkużat li huwa żewġha ikkaġunala xi ġrieħi f’wiċċha minħbba li refa’ idejh fuqha. Fl-istess rapport ingħat li l-akkużat daħal id-dar xurban u li ma kiienx jaf x’qiegħed jagħmel.

L-Ispettur Sherona qalet li l-akkużat irritorna lura d-dar xurban u li malli daħal martu talbitu sabiex jgħinha ħalli flmkien jirnexxielhom jaħslu t-tarbija tagħhom. Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-koppja daħlu f’argument, u li imbgħad spiċċat ġlieda fiżika. Allegatament ir-raġel beda jtiha f’wiċċha u f’rasha, bil-konsegwenza li t-tifel tal-koppja l għandu ħames snin ra x-xena quddiemu u pprova jwaqqaf lil missieru.

Intant, il-vittma kellha biża li se joqtolha.Dwar il-ġlieda bejn il-koppja, il-Prosekuzzjoni żiedet tgħid li filwaqt li l-akkużat kien qed jagħmel vjolenza domestika ma’ martu, allegatament beda jheddida li se joqtolha u li ma kintix se tara wiċċ id-dinja iktar.

Tul is-smiegħ fil-Qorti, l-akkużat deher emozzjonat ħafna tant li f’ħin minnhom beda jirtogħod u anke jibki. Hu beda jħares lejn martu li kienet qiegħda bilqiegħda warajh.

Il-Prosekuzzjoni qalet ukoll li l-mara għandha biża’ kbira minn żewġha għax ta’ spiss taħseb li jista jagħmillha xi ħaġa. L-avukati difensuri, Malcolm Mifsud u Avukat Jodie Darmanin għamlu talba għall-ħelsien mill-arrest u qalu li jekk jingħata l-ħelsien mill-arrest hemm. persuna li lesta li toffrilu joqgħod magħha, bil-post ikun il-bogħod minn dak tal-vittma.

Din it-talba, ġiet oġġezzjonata mill-Prosekuzzjoni, bir-raġuni li fil-Qorti għadhom jridu jixhdu l-mara u t-tifel ta’ ħames snin. Hija qalet ukoll li għandha l-biża li dan ikollu ħseib jew jagħmel attentativ sabiex jaħrab minn Malta.

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet, il-Qorti qalet li għadu kmieni wisq sabiex l-akkużat jingħata l-ħelsien mill-arrest. Hija ordnat lil Prosekuzzjoni sabiex tressaq ix-xhieda malajr kemm jista jkun , sabiex il-Qorti tkun tista tieħu d-deċiżjoni tagħha fuq dan il-każ.

L-Avukat Jurgen Dalli kien parti mil-prosekuzjoni mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali filwaqt li għall-vittma dehru l-Avukati Maxime Gatt u Nicole Sciberras

Sport