Sunday, December 22, 2024

Cristiano Ronaldo RIED jingħaqad ma’ Al Hilal b’salarju ta’ £2m fil-ġimgħa

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Portugiż ta’ Manchester United, Cristiano Ronaldo, ried jingħaqad mal-club tal-Arabja Sawdita, Al Hilal, hekk kif dawn offrewlu kuntratt ta’ £2 miljuni fil-ġimgħa. 

Al Hilal kienu lesti li jħallsu s-somma ta’ £25 miljun lir-Red Devils hekk kif l-aġent tiegħu beda bin-negozjati biex it-trasferiment iseħħ. 

Kollox kien lest biex Ronaldo jmur jilgħab f’dan il-kampjonat sakemm Al Hilal ġew notifikati li ġew sospiżi milli jiffirmaw players fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf mill-Kumitat tal-Arbitraġġ tal-Isports fuq każ tal-player Mohammed Kanno li bidel fehmtu li jitlaq lill-club bi free transfer biex ġedded il-kuntratt tiegħu … wara  li kien diġá ftiehem mar-rivali Al Nassr li jingħaqad magħhom. 

U filwaqt li Al Hilal irċevew sospensjoni, Kanno  ngħata sospensjoni ta’ erba’ xhur. 

Peró jista’ jagħti l-każ li Ronaldo jissieħeb magħhom f’Jannar li ġej.

Ekonomija

Sport