Monday, December 23, 2024

Cristiano Ronaldo se jitħarreġ għall-ewwel darba ma’ Manchester United nhar il-Ħamis

Aqra wkoll

Cristiano Ronaldo se jitħarreġ ma’ sħabu l-ġodda ta’ Manchester United nhar il-Ħamis qabel jagħmel id-debutt tiegħu għall-club kontra Newcastle United fil-11 ta’ Settembru.

Il-player ta’ 36 sena sar l-aqwa skorer internazzjonali tal-irġiel ta’ kull żmien nhar l-Erbgħa filgħaxija meta skorja l-110 u l-111-il goal tiegħu għall-Portugall fir-rebħa tagħhom ta’ 2-1 kontra l-Irlanda, iżda ammonizzjoni fl-aħħar stadji tal-partita fissret li huwa sospiż għall-konfront kontra l-Ażerbajġan, li se tkun qed tarah meħlus mill-impenji internazzjonali kmieni.

Ronaldo vjaġġa lejn Manchester il-Ħamis filgħaxija iżda minnufih ġie mġiegħel jiżola ruħu għal ħamest ijiem skond ir-regolamenti tal-gvern.

Sakemm Ronaldo jirritorna żewġ testijiet tal-coronavirus negattivi allura jkun jista’ jingħaqad ma’ sħabu l-ġodda, u l-ex player ta’ Sporting Lisbon mistenni jibda jitħarreġ f’Carrington nhar il-Ħamis.

L-ex attakkant ta’ Juventus mistenni jkun inkluż mal-ewwel 11 għall-konfront ta’ Man United kontra Newcastle fil-11 ta’ Settembru.

Il-Portugiż, li għal darb’oħra se jilbes il-flokk numru sebgħa għar-Red Devils, iffirma ftehim ta’ sentejn f’Old Trafford, u rritorna fil-club li qabel kien fuq il-kotba tiegħu bejn l-2003 u l-2009.

Ekonomija

Sport