Friday, April 26, 2024

Tottenham Hotspur isegwu lil Franck Kessie

Aqra wkoll

Tottenham Hotspur qed isegwu s-sitwazzjoni li tinvolvi lil AC Milan u l-midfielder Franck Kessie.

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena bla dubju kien il-player ewlieni ta’ Milan matul l-aħħar 12-il xahar, u għen lir-Rossoneri jiskbu l-kwalifikazzjoni għaċ-Champions League matul l-aħħar staġun.

Madankollu, l-internazzjonali tal-Kosta tal-Avorju fadallu inqas minn sena fuq il-kuntratt tiegħu, xenarju li inevitabbilment ġibed l-attenzjoni minn clubs oħra.

Spurs jistgħu jkunu lesti li joffru lil Tanguy Ndombele fi skambju parzjali matul it-tieqa tat-trasferiment ta’ Jannar.

Filwaqt li l-club mill-Premier League jista’ teknikament jilħaq ftehim ta’ qabel il-kuntratt ma’ Kessie, l-uffiċjali tal-club jistgħu jippreferu jfasslu ftehim fejn jistgħu jneħħu lil Ndombele mill-kont tal-paga tagħhom.

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena, li għandu kuntratt sal-2025, għad irid jilgħab partita kompetittiva taħt il-gwida tal-manager Nuno Espirito Santo li nħatar riċentement.

Jingħad ukoll li Juventus u Paris Saint-Germain huma interessati f’Kessie.

Sport