Cristiano Ronaldo ngħata sospensjoni ta’ żewġ logħbiet u mmultat £50,000 mill-FA Ingliża wara li waqqa’ mal-art il-mobile ta’ partitarju ta’ Everton bl-awtiżmu.
Il-player ta’ 37 sena, li issa huwa player liberu, wara li ttermina l-kuntratt tiegħu ta’ Manchester United, ġie mixli b’“imġieba vjolenti” f’Goodison Park, f’April li għadda.
Ronaldo mhux se jappella minn din id-deċiżjoni.
Sadanittant, Chelsea u Newcastle jinsabu nteressati biex jiffirmaw lil dan il-player internazzjonali Portugiż.
Madankollu, dan issa jfisser li se jiġi sospiż żewġ logħbiet jekk jingħaqad ma’ club ieħor tal-Premier League.