Monday, May 13, 2024

Titħabbar il-mewt tal-leġġendarju ta’ Liverpool, David Johnson

Aqra wkoll

Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt tal-leġġendarju David Johnson, fl-etá ta’ 71 sena. 

Imlaqqam ‘The Doc’, Johnson huwa wieħed minn żewġ players biss li skorja kemm għal Liverpool kif ukoll għal Everton fid-derby ta’ Merseyside.

L-eks attakkant kellu rwol ċentrali fit-team ta’ Liverpool ta’ Bob Paisley matul is-snin sebgħin, li ddominaw id-deċennju billi rebħu erba’ darbiet il-kampjonat u tliet Tazza Ewropej. 

Wara li beda l-karriera tiegħu f’Everton fl-1969, Johnson ingħaqad ma’ Ipswich biex imbagħad, fl-1976, mar jilgħab ma’ Liverpool fejn laħaq il-quċċata tal-karriera tiegħu bir-rebħa ta’ bosta suċċessi. 

Minkejja li lagħab mal-leġġendarji  bħal Kevin Keegan, Ian Rush u John Toshack, Johnson kiseb ir-rispett tal-partitarji.

Mar-Reds huwa lagħab 213-il partita li fihom skorja 78 goals. 

Fl-1982, huwa reġa’ ngħaqad ma’ Everton fejn temm il-karriera tiegħu.

Titħabbar il-mewt tal-leġġendarju David Johnson

Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt tal-leġġendarju David Johnson, fl-etá ta’ 71 sena. 

Imlaqqam ‘The Doc’, Johnson huwa wieħed minn żewġ players biss li skorja kemm għal Liverpool kif ukoll għal Everton fid-derby ta’ Merseyside.

L-eks attakkant kellu rwol ċentrali fit-team ta’ Liverpool ta’ Bob Paisley matul is-snin sebgħin, li ddominaw id-deċennju billi rebħu erba’ darbiet il-kampjonat u tliet Tazza Ewropej. 

Wara li beda l-karriera tiegħu f’Everton fl-1969, Johnson ingħaqad ma’ Ipswich biex imbagħad, fl-1976, mar jilgħab ma’ Liverpool fejn laħaq il-quċċata tal-karriera tiegħu bir-rebħa ta’ bosta suċċessi. 

Minkejja li lagħab mal-leġġendarji  bħal Kevin Keegan, Ian Rush u John Toshack, Johnson kiseb ir-rispett tal-partitarji.

Mar-Reds huwa lagħab 213-il partita li fihom skorja 78 goals. 

Fl-1982, huwa reġa’ ngħaqad ma’ Everton u aktar tard ma’ Barrow FC

Imbagħad, fl-1986-87 huwa lagħab ma’ Naxxar Lions fit-Tieni Diviżjoni.

Sport