Sunday, April 28, 2024

ARA: Raġel arrestat wara li ħebb għal ieħor b’arma fin-Naxxar

Aqra wkoll

Raġel Serb residenti n-Naxxar għadu kemm ġie arrestat fin-Naxxar wara li allegatament ħebb għal persuna oħra b’arma li taqta’ u bil-ponta fi blokka ta’ appartamenti fi Triq Toni Bajjada għall-ħabta tal-11:50 a.m.

YouTube video

It-tieni persuna involuta f’dan l-inċident huwa raġel Olandiż ta’ 42 sena residenti San Ġwann li nstab ferut fl-istess blokka.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li ta l-ewwel assistenza lir-raġel midrub sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Minnufih skattat operazzjoni ta’ tfittxija għall-allegat aggressur li kien laħaq ħarab minn fuq il-post. Huwa ġie ċċirkondat mill-pulizija ftit metri bogħod mill-post tal-aggressjoni u skont informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li huwa nstab fil-pussess ta’ arma tan-nar.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Rachel Montebello li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport