Wednesday, March 27, 2024

Draw ta’ mingħajr goals li “ikkuntenta” l-aktar lill-Marokk

Aqra wkoll

Marokk ………0

Kroazja ………0

Il-Marokk u l-Kroazja spiċċaw fi draw ta’ mingħajr goals biex filwaqt li fl-edizzjoni ta’ erba’ snin ilu kien hemm partita waħda biss li spiċċat b’dan l-iskor, din kienet ir-raba’ waħda f’disa’ logħbiet.

Intant, il-Kroati ddiżappuntaw bil-kbir meta kien mistenni ħafna aktar minnhom iżda huma sabu quddiemhom team determinat, enerġetiku u organizzat li ma tahom l-ebda spazju biex jimmanuvraw.

Il-Marokkini “qatlu” għal kollox il-furja tal-Kroati li aktar ma beda jgħaddi l-ħin aktar bdew juru l-frustraz­zjoni tagħhom.

L-uniku ċans denju tal-partita wasal f’nofs it-tieni taqsima meta minn pożizzjoni ideali Nikola Vlasic ra lill-goalkeeper Marokkin, Bono, jilqa’ t-tentattiv tiegħu.

Bla dubju, il-Marokk l-aktar li kienu kuntenti b’dan ir-riżultat. 

Marokk: Bono, Noussair Mazraoui (Yahia Attiat-Allal 60), Romain Saiss, Nayef Aguerd, Achraf Hakimi, Sofyan Amrabat, Selim Amallah, Azzedine Ounahi (Abdelhamid Sabiri 81), Sofiane Boufal (Abdessamad Ez­­zalzouli 65), Youssef En-Nes­yri (Abderrazak Hamdallah 81), Hakim Ziyech – Coach: Walid Regragui

Kroazja: Dominik Livakovic, Borna Sosa, Josko Gvardiol, Dejan Lovren, Josip Juranovic, Marcelo Brozovic, Mateo Kova­cic (Lovro Majer 79), Luka Modric, Ivan Perisic (Mislav Orsic 92), Andrej Kramaric (Marko Livaja 71),  Nikola Vlasic (Mario Pasalic 45) – Coach: Zlatko Dalic

Referee: Fernando Rapallini (Arġentina)

Assistenti: Diego Bonfa, Juan Pablo Belatti (Arġentina)

Ammoniti: S. Amrabat (M)

Ekonomija

Sport